'L-għajnuna mħabbra llum hi biss farka tad-daqqa li sofrew in-negozju' - De Marco

Il-PN jappella lill-Gvern biex jimxi b'għaqal u bi prudenza fil-proċess tar-rilaxx ta’ restrizzjonijiet

Mario De Marco
Mario De Marco

Il-Kelliem għall-Finanzi tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco sostna illi fejn dak li tilfu diversi negozji, "l-għajnuna mħabbra llum hi biss farka tad-daqqa li sofrew in-negozji ta' pajjiżna."

De Marco kien qed jirreaġġixxi għall-miżuri mħabbrin dalgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela, ħafna minnhom estensjonijiet ta' miżuri diġà mħabbra hekk kif diversi negozji għadhom magħluqin.  Il-Gvern ħabbar li r-roħs ta' 50% fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jiġi estiż sa Awwissu, filwaqt li se tkun estiża l-għajnuna fil-ħlas tal-kirjiet.  Abela ħabbar ukoll għotja oħra ta' darba ta' €1,000 lil kull negozju li se jibqa' 

De Marco fakkar kif fl-aħħar ġimgħat sar magħruf li kważi 20% tar-ristoranti f'pajjiżna għalqu fl-aħħar sena u li dan wassal biex aktar familji Maltin jgħidu li jinsabu f'sitwazzjoni ta' deprivazzjoni materjali. Meta mqabbel mal-2019, il-konsum mir-residenti f'pajjiżna naqas b'€400 miljun filwaqt li dak minn turisti jew persuni oħra li jżuru l-pajjiżna naqas b'€1.4 biljun. 

Huwa xorta saħaq li dak imħabbar dalgħodu huwa minnu nnifsu pożittiv u appella lill-Gvern biex iħares lil hinn mill-ftit xhur li ġejjin u "l-prospetti elettorali tiegħu ... kif ukoll biex il-Gvern jimxi b'għaqal u bi prudenza fil-proċess tar-rilaxx ta’ restrizzjonijiet u dan biex pajjiżna ma jerġax iħallas il-prezz għali li ħallasna għad-deċiżjonijiet żbaljati li ħa Robert Abela s-dajf li għadda."

Intant kemm il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll l-MHRA laqgħu dawn l-iskemi u inizzjattivi b'mod pożittiv. 

More in Politika