'Il-miżuri li ħabbar il-Gvern se jagħtu assistenza tant meħtieġa lin-negozji' - Il-Kamra tal-SMEs

L-ewwel reazzjonijiet għall-miżuri mħabbrin dalgħodu ...

Kafetterija popolari l-Belt Valletta, li sa issa għadha magħluqa
Kafetterija popolari l-Belt Valletta, li sa issa għadha magħluqa

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet il-miżuri mħabbrin dalgħodu mill-Prim Ministru u l-Ministru Miriam Dalli, u qalet fi stqarrija illi l-iskemi "se jagħtu assistenza tant meħtieġa għan-negozji biex jibdew l-irkupru gradwali tagħhom." 

Il-Kamra fakkret li l-fatt li l-pandemija twalet aktar milli kien maħsub, wassal għal aktar diffikultajiet u biex aktar negozji jkunu f'qagħda vulnerabbli.  "L-iżviluppi fil-qasam tas-saħħa f'termini ta' numri u anke l-pjan ekonomiku ta' irkupru huma pożittivi ħafna u n-negozji huma ħerqana biex jerġgħu jibdew jirkupraw kemm jista' jkun malajr," qalet l-istqarrija. 

Huma qablu ma' Abela li l-iskemi ta' appoġġ tal-Covid-19 - fosthom il-Wage Supplement - kienu kruċjali biex in-negozji jsalvaw, "imma fl-aħħar mill-aħħar xejn ma jista' jieħu post ir-ritorn lejn ix-xogħol u l-ħolqien tan-negozju." 

Intant anke l-MHRA faħħret dawn il-miżuri bil-President tal-assoċjazzjoni Tony Zahra jisħaq illi l-għajnuna kontinwa li qed jgħaddi l-Gvern hija "turija illi dawk li qed jiddeċiedu jemmnu illi l-investiment fl-ekonomija huwa l-aqwa mod kif il-pajjiż joħroġ mis-sitwazzjoni preżenti b'suċċess."

Anke l-kamra tal-Kummerċ Għawdxija 

 

More in Politika