Iktar minn 82,000 jieħdu t-tieni doża ... iżda rrappurtati erba' mwiet ta' nies li kellhom il-Covid

Ġimgħa li kienet karaterizzata minn numri baxxi ħafna, anke ta' mwiet, tintemm b'erba' mwiet u 67 każ ġdid filwaqt li jfiqu 38 persuna

In-numru ta' każi ġodda rreġistrati ta' Covid-19 illum kienu ta' 67, wara li lbieraħ ġie irreġistrat numru baxx ħafna ta' każi, b'27 każ - l-inqas f'xhur sħaħ.  Intant fl-istess perjodu fiequ 38 persuna, biex it-total ta' każi attivi issa reġa' qabeż is-600, preċiżament 608. 

Sfortunatament in-numri tal-lum ġabu magħhom aħbarijiet xi ftit koroh hekk ġew reġistrati erba' mwiet, żewġ anzjani ta' 77 u 79 sena, mara ta' 63 sena u raġel ieħor ta' 61 sena li miet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. 

F'dak li għandu x'jaqsam ma' vaċċinazzjoni, sa issa ingħataw total ta' 269,763 doża li minnhom 82,486 huma ta' persuni li ħadu t-tieni doża. 

More in Politika