L-inqas ammont ta' każi ġodda f'xhur; 27 każ ġdid u t-tilqim ikompli b'ritmu tajjeb

Fl-aħħar 24 siegħa, mietu żewġt irġiel li kellhom 67 sena

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 27 każ ġdid ta' Covid-19, l-inqas ammont ta' każi ġodda f'ġimgħat, filwaqt li 30 persuna oħra fiequ.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, mietu żewġt irġiel li kellhom 67 sena. Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi tela' għal 405.

Il-każi attivi tal-Covid-19 issa huma 583.

Kompla wkoll il-programm tat-tilqim li qabad ritmu tajjeb ħafna.

Fil-fatt, sal-bieraħ, 80,671 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin, filwaqt li b'kollox ġew amministrati 264,658 doża.

Minn meta feġġet il-pandemija kien hawn 29,860 każ f'Malta. 28,872 fiequ mill-virus.

More in Politika