Il-pazjenti morda bil-Covid-19 jonqsu għal 528; 64 każ ġdid ta' Covid-19

60,096 persuna issa ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 64 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li kkonfermaw 67 persuna oħra mfejqa.

L-ebda mewta ma kienet irreġistrata fl-aħħar 24 siegħa.

Dan ifisser li l-għadd ta' każi attivi ta' Covid-19 f'Malta issa huwa ta' 528.

Apparti minn hekk, kompla l-programm tat-tilqim, b'60,096 persuna issa ħadu ż-żewġ dożi.

219,161 doża ġew amministrati minn meta beda l-programm tat-tilqim.

Ilbieraħ saru 2,164 test.

More in Politika