Filmat | 'Mhux se nesperimentaw bil-ħajja tan-nies ... irridu nirkupraw bi prudenza' - Il-Ministru Bartolo

Il-Ministru Bartolo mistoqsi dwar jekk attivitajiet tal-massa dan is-sajf hux se jkunu possibbli

"Mhux se nesperimentaw bil-ħajja tan-nies irridu nirkupraw bi prudenza." Hekk saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo meta kien qed ikun intervistat fuq l-istazzjon nazzjonali u ġie mistoqsi dwar jekk hux possibbli li f'dan is-sajf jiġu organizzati attivitajiet tal-massa.

Hekk ġara f'pajjiżi bħal Spanja u anke l-Olanda fejn saru esperimenti biex ikun deċiż jekk dawn l-attivitajiet hux se jkunu possibbli. 

Filwaqt li ma weġibx iva jew le, il-Ministru Bartolo qal biss li l-pajjiż mhux se jesperimenta bis-saħħa tan-nies. 

"Dan mhuwiex fuq il-formula al-Gvern," insista l-Ministru.

Saħaq li l-Gvern irid li l-pajjiż jibda jirkupra ftit ftit, b'kawtela u bi prudenza.

Illum, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija appellat kontra l-organizzazzjoni ta' attivitajiet tal-massa, bħal parties u saħqet li dawn għandhom ikunu l-aħħar affarijiet li jitħallew jerġgħu jsiru, wara li tkun intlaħqet l-immunità tal-massa.

Aqra wkoll: L-ewwel li se jiftħu: L-iskejjel u l-ħwienet li joffru servizzi u prodotti mhux essenzjali

More in Politika