Malta u erba' pajjiżi biss laqqmu aktar minn 80% tal-anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena

Malta tinsab fuq quddiem nett hekk kif sa issa laqqmet 95% tal-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena

Il-mira tal-Kummissjoni Ewropea kienet li sal-aħħar ta' Marzu jkunu tlaqqmu 80% tal-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena.

Madanakollu, skont l-aħħar statistiċi, Malta u erba' pajjiżi oħra biss laħqu din il-mira.

Fil-fatt, Malta tinsab fuq quddiem nett hekk kif sa issa laqqmet 95% tal-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena.

Wara Malta hemm l-Irlanda li laqqmet, imqar b' doża waħda, lil 94% tal-anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u warajha l-Iżvezja b'88%, il-Fillandja b'85% u l-Portugall bi 80%.

Intant, ilbieraħ tħabbar kif erba' Maltin minn kull għaxra ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u dan ipoġġi lil Malta quddiem nett fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-aħħar ċifri ppubblikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, 12.1% tal-popolazzjoni issa hija mlaqqma biż-żewġ dożi. Dan ukoll ipoġġi lil Malta fl-ewwel post fl-UE.

Aqra wkoll: Fearne jgħid lil BBC li fis-sajf Malta se tkun l-aktar pajjiż sigur għas-safar

More in Politika