Il-każi ġodda jinżlu għall-aktar livelli baxxi f'xhur sħaħ ... 34 każ ġdid u jfiequ 117

Il-każi attivi jinżlu għal 549  - Imut anzjan ieħor li kien pożittiv għall-Covid-19

In-numru ta' każi ġodda laħqu l-aktar livelli baxxi f'xhur sħaħ illum, għal nhar Ħadd il-Għid.  Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati biss 34 każ minn 2,162 swab test.  Fl-istess ħin fiequ 117-il persuna biex il-każi attvi issa niżlu għal 549. 

Intant sa issa ingħataw 212,466 doża li minnhom 58,000 huma persuni li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin. 

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu anzjan ieħor ta' 72 sena, biex it-total ta' nies li tilfu ġajjithom issa tela' għal 398. 

Intant dalgħodu l-gazzetta ILLUM żvelat kif il-Gvern - dejjem skont l-iżviluppi tal-virus - għandu pjan biex jiftaħ l-istituzzjonijiet u negozji, fuq medda ta' ġimgħat. 

 

More in Politika