Xejn xorb barra, skejjel magħluqin u kulħadd ġewwa fis-7.p.m - Franza testendi l-lockdown

Franza bħalissa għandha l-akbar ammont ta' każijiet attivi fl-Ewropa, b' 4.6 miljun każ attiv. 

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar estensjoni tal-lockdown għal minn tal-inqas tlett ġimgħat minħabba ż-żieda allarmanti fil-każijiet ġodda tal-Covid-19 fl-aħħar jiem. 

Kmieni dan ix-xahar, 19-il distrett kienu diġà bdew isegwu lockdown li jinkludi l-għeluq ta' negozji mhux essenzjali, restrizzjoni fuq vjaġġar sa 10km 'l bogħod mid-dar u ħin ta' rinkażar (curfew) matul il-lejl kollu, mis-7.p.m sas 6.a.m.

Dawn il-miżuri, issa, se jkunu qed jiġu estiżi madwar Franza kollha, filwaqt li l-iskejjel se jagħlqu l-bibien tagħhom ukoll. 

Franza bħalissa għandha l-akbar ammont ta' każijiet attivi fl-Ewropa, b' 4.6 miljun każ attiv. 

 

More in Politika