'Konferma li l-assi tal-poplu nbiegħu biex Keith u Konrad jagħmlu l-miljuni li jitfgħuhom fil-Panama'

Il-Kap tal-PN jirreaġixxi għall-aħħar żviluppi fir-rigward ta' Macbridge ...

Il-Kap tal-Partit Nazjzonalista u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-aħbar tal-lum, dwar is-sid ta' Macbridge, hija konferma tal-korruzzjoni istituzzjonalizzata taħt dan il-Gvern, "konferma li l-assi tal-poplu inbiegħu biex Keith Schembri u Konrad Mizzi jaqilgħu l-miljuni li jpoġġuhom fil-kumpaniji fil-Panama."

Huwa qal li kull fejn kienu mdaħħlin Schembri, Mizzi u anke Joseph Muscat kien hemm il-korruzzjoni u saħaq li jekk il-Prim Ministru jibqa' ċass ikun  - skont Grech - kompliċi. 

Huwa wera' l-apprezzament tiegħu lejn The Times u lejn il-ġurnalisti kollha b'mod speċjali Daphne Caruana Galizia li kixfet is-sehem ta' Cheng Chen fix-xiri tal-Power Station. 

Iktar kmieni illum The Times ppublikat storja li turi kif Cheng Chen, negozjatur ewlieni fil-proġett tal-Power Station huwa sid il-kumpanija Macbridge, li bħal 17 Black, kienet target client tal-kumpaniji fil-Panama tal-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi, li s-sena l-oħra kien spiċċa mkeċċi mill-Partit Laburista.  Dan ifisser li bħal 17 Back - Macbridge kellha tgħaddi flus lill-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi.

More in Politika