Amministrat kważi 6,000 doża tal-vaċċin f'ġurnata; 103 każi ġodda u jmutu erba'

Il-każi attivi jinżlu taħt l-2,000

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 103 każi ġodda ta' Covid-19 hekk kif fl-aħħar jiem, il-każi naqsu drastikament meta tqis li sa ftit jiem ilu kien hemm ġranet fejn il-każi kienu qed iqarrbu t-300 kuljum.

Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa fiequ 332 persuna, iżda mietu erba' anzjani oħra li kellhon 68, 72, 73 u 80 sena.

Dan ifisser li b'kollox mietu 382 persuna.

Il-każi attivi issa huma 1,853. Ilbieraħ saru 2,252 test.

Intant, kompla wkoll il-programm tat-tilqim hekk kif sla-bieraħ ġew amministrati 166,104 dożi. 48,933 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.

More in Politika