Kważi 5,000 doża tal-vaċċin f'24 siegħa; 101 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 302

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, mietu żewġ persuni oħra li kellhom 79 u 84 sena

Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw madwar 5,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, biex sa issa ġew amministrati 155,678 doża.

Minn dawn, 46,140 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, mietu żewġ persuni oħra li kellhomo 79 u 84 sena.

Intant in-numru ta' każi ġodda jidher li qed jonqsu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 101 każ ġdid filwaqt li fiequ 302 persuni.

L-għadd tal-każi attivi kompla jonqos għal 2,276.

Ilbieraħ saru 2,789 test. Dan ifisser li r-rata ta' pożittività (jiġifieri l-għadd ta' każi ġodda meta kkumparat mat-total tat-testijiet) kien ta' 3.6%.

More in Politika