'Jiena ma niltaqax ma' kriminali fis-satra tal-lejl ... jiena nieħu pariri mingħand il-Kummissarju u l-AĠ'

Il-Prim Ministru Robert Abela mistoqsi dwar talbiet ġodda ta' maħfriet Presidenzjali

Meta kien qed jirrispondi l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fuq it-taraġ ta' Kastilja u meta kien mistoqsi mis-sit maltatoday dwar il-maħfra Presidenzjali li qed jitolbu l-aħwa Degiorgio, il-Prim Ministru Robert Abela sostna illi dawk it-talbiet se jgħaddu mill-proċess normali li jgħaddu minnhom talbiet għal Maħfriet Presidenzjali. 

"Jiena nimxi skont ir-regoli u l-Kostituzzjoni u l-pariri dwar maħfriet bħal dawn neħodhom mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, ma mmurx niltaqa' ma' kriminali fis-satra tal-lejl," qal Abela. 

Hu kien qed jirreferi għal-laqgħa li kellu l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami ma' Joseph Fenech, magħruf aħjar bħala Żeppi l-Ħafi li kien ingħata maħfra Presidenzjali fuq l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana. 

Il-PM Abela fakkar li l-każ tal-HSBC seħħ fl-2010, u allura ddirezzjona l-mistoqsijiet lejn l-eks PM Lawrence Gonzi u l-eks Kummissarju tal-Pulizija. 

"Kwistjoni ta' maħfra hija deċiżjoni ta' responsabilità, mhux bħal ma ghamel Bernard Grech, wiegħed maħfra," qal Abela. 

 

More in Politika