B'90 każ ġdid jiġu rreġistrati l-inqas numru ta' każi f'ġimgħat filwaqt li 212 persuna jfiequ

In-numru tad-dożi mogħtija jaqbeż il-150,000 - imutu żewġ persuni oħra li kienu pożittivi għall-virus

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati l-inqas numru ta' każi ġodda fl-aħħar ġimgħat b'total ta' 90 każ, anke jekk in-numru ta' swab tests li saru kien inqas b'total ta' 2,661.  Intant fl-istess perjodu ta' ħin fiequ 212 persuna, biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 2,479. 

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom wkoll żewġ persuni oħra - anzjan ta' 76 sena u anzjana ta' 63 sena, biex sa issa tilfu ħajjithom 375 persuna minn meta faqqgħet il-pandemija, fil-bidu tas-sena l-oħra 

Sa issa ingħataw b'kollox 150,897 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, li jinkludu 45,286 persuna li ħadu t-tieni doża wkoll.

More in Politika