'Sadanittant jiena għadni qed nistenna ġustizzja fuq l-istorja ffalsifikata u vvintata ta' Egrant'

Joseph Muscat ifakkar li l-każ fir-rigward tal-Allied Newspapers seħħ qabel l-2013, jiġifieri qabel hu kien elett Prim Ministru

L-eks PM Joseph Muscat
L-eks PM Joseph Muscat

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat irreaġixxa għall-arresti tal-bieraħ ta' diversi persuni, fosthom Keith Schembri u Vincent Buhagiar, mill-Allied Newspapers, u fakkar li dawn l-avvenimenti seħħew qabel l-2013.  

"Nistenna l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha kif dejjem għamilt," qal Muscat li iżda fakkar fl-istorja dwar Egrant. 

"Sadanittant, iktar minn sentejn u nofs wara li tlestiet l-inkjesta, anki jekk nibqa' waħdi, se nibqa' ninsisti li ssir ġustizzja ma' familti dwar il-gidba ta' Egrant, storja ffalsifikata u vvintata fi sfond nazzjonali."

Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat storja illi fiha allegat li Egrant Inc, kumoanija fil-Panama miftuħa ma' dawk ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi kienet f'isem martu, Michelle Muscat.  Inkjesta maġisterjali iżda ma sabet l-ebda prova li torbot lil din il-kumpanija ma' Muscat.

More in Politika