243 każ ġdid ta' Covid-19, Aktar minn 41,600 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta' 75 sena u mara ta' 76 sena, tilfu ħajjithom

243 persuna oħra ġew ikkonfermati pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li 334 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta' 75 sena u mara ta' 76 sena, tilfu ħajjithom.

Kompla wkoll it-tilqim hekk kif sa issa ġew amministrati 133,871 doża tal-vaċċin.

41,621 persuna issa ħadu ż-żewġ dożi.

Intant bħalissa f'Malta hawn 3,034 persuna morda bil-Covid-19. 

Ilbieraħ saru 4,760 test.

More in Politika