Il-Pulizija mhu se jitilfu l-ebda leave jew flus jekk jinqabdu fi kwarantina jew jimirdu bil-Covid-19

Jintlaħaq qbil bejn il-Gvern u l-Police Officers Union wara d-direttivi li daħlu fis-seħħ minn din il-ġimgħa

Wara direttivi li daħlu fis-seħħ minn din il-ġimgħa, il-Police Officers Union waslet għal ftehim mal-Gvern biex jekk Pulizija jinstab pożittiv għall-Covid-19 jew inkella jkollu bżonn jagħmel kwarantina, ma jkun qed jitlef xejn mis-sick leave.

Fil-fatt, il-ftehim kien dan:

  • Meta Pulizija jinsab pożittiv għall-Covid19: Il-Pulizija jibda b'mod effettiv is-sick leave hekk kif stipulat bil-liġi relatata, biss is-sick leave b'rabta ma Covid19 mhux ħa jiġi mnaqqas mis-sick leave ta' kull sena li kull Pulizija huwa intitolat għalih. Mhux se jitnaqqsu l-ebda allowances f'dan il-perjodu.
  • Meta Pulizija ma jkunx pożittiv, iżda jkun fuq kwarantina: il-Pulizija ħa jitpoġġa fuq leave ta' kwarantina għal perjodu indikat mis-Supretendent tas-Sahha. Għal tul dan il-perjodu, il-Pulizija mhux ser jitilfu l-ebda allowance li huma intitolati għalih.

More in Politika