Minn erba' għal tnejn ... gruppi ġewwa jistgħu jkunu membri minn żewġ residenzi differenti biss

Titħabbar miżura ġdida li permezz tagħha gruppi li jkunu fi djar privati se jinżlu minn erba' għal żewġ membri mill-istess residenza

Sa membri ta' żewġ residenzi ...
Sa membri ta' żewġ residenzi ...

Nies li jiltaqgħu ġewwa, mil-lum, jistgħu jkunu biss membri ta' żewġ familji (households) minflok l-erba' li hi bħalissa u li tħabbar ġimgħa ilu mar-restrizzjonijiet. 

Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet tas-sit timesofmalta.  Hi qalet ukoll li din id-deċiżjoni ittieħdet wara li kienet evalwata s-sitwazzjoni u l-awtoritajiet sabu li l-maġġoranza tal-każi għadhom qed jirriżultaw minn fost il-familji stess. 

Hija qalet illi l-avviż legali se jkun ippubblikat illum u l-awtoritajiet se jkunu qed jinvestigaw kwalunkwe rapporti li jirċievu.  Ħeġġet iżda għar-responsabilità fost il-popolazzjoni.

Dan b’eċċezzjoni għall-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħlijiet jew jagħtu servizz fi proprjetajiet privati.

Intant, se jibqa’ fis-seħħ kif inhu l-Avviż Legali li jipprojbixxi li jinġemgħu gruppi ta’ aktar minn 4 persuni fil-pubbliku, sakemm ma jkunux persuni li jgħixu fl-istess residenza.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li dawn il-miżuri qegħdin jidħlu fis-seħħ sakemm it-tilqim kontra l-COVID-19 ikun wasal għand firxa wiesgħa tal-popolazzjoni, u b’hekk tkompli tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna.

Intant illum tħabbru 211 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li d-dożi ta' kontra l-virus issa qabżu l-130,000. 

 

More in Politika