Matul il-ġimgħa li għaddiet, uffiċjali tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex ħarġu 750 multa lil persuni li nqabdu jiksru l-miżuri imposti mill-awtoritajiet biex tkun ikkontrollata l-imxija kontra l-Covid-19.
Apparti minn hekk, raġel weħel multa ta' €350 wara li ffalsifika test negattiv ta' Covid-19.
Mill-ġimgħa li għaddiet daħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda, fejn fil-pubbliku ma jistax ikun hemm aktar minn erba' persuni miġbura fi grupp f'post pubbliku.
Apparti minn hekk, l-ilbies tal-maskri jibqa' obbligatorju kullimkien ħlief fid-djar u fil-karozzi privata.
Fuq barra dawn jistgħu jitneħħew biss biex persuna tkun tista' tiekol, tixrob jew tpejjep imma ma tistax tkun miexja.
Għal min jikser dawn ir-regolamenti hemm multa ta' €100.