Il-PN jappella biex meta l-Pulizija jinqabdu kwarantina dan ma jinqatalhomx mis-sick leave

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Gvern qed ikun insensittiv u mhux jifhem it-tbatija u s-sogru li għaddejjin minnhom il-forzi tal-ordni

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-atteġġjament tal-Prim Ministru Robert Abela juri li l-Gvern huwa insensittiv u mhux jifhem it-tbatija u s-sogru li għaddejjin minnhom il-forzi tal-ordni fil-pajjiż illum.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista rrefera gtħall-fatt li meta l-Pulizija qed jinqabdu kwarantina, dan il-perjodu qed jitqies bħala ​sick leave u mhux quarantine leave u dan meta l-forzi tal-ordni huma meqjusa frontliners ewlenin fil- ġlieda kontra l-pandemija.

Dan wassal biex jitressqu diversi ilmenti u l-Police Officers Union issa ġiet kostretta tagħti diversi direttivi lill-membri tagħha.

“Il-Partit Nazzjonalista filwaqt li jesprimi solidarjetà u apprezzament sħiħ għall-ħidma tal-pulizija f’dawn il-mumenti diffiċli għal pajjiżna, jħeġġeġ lil Robert Abela ma jibqax iżebblaħ lill-pulizija tal-pajjiż u jara illi t-talbiet ġustifikati tal-unjins immedjatament jiġu milqgħuha,” temmet tgħid l-istqarrija.

More in Politika