Persuni li ħadu t-tieni doża resqin lejn l-40,000 ... 298 każ ġdid u 330 ifiequ

Erba' persuni oħra jitilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 ...

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw b'kollox 298 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 4,333 swab test.  Dan filwaqt li 330 persuna fieqet mill-virus. 

Fl-aħħar ġurnata wkoll mietu erba' persuni oħra:  żewġ irġiel ta' 70 u 74 sena, mara ta' 80 sena u oħra ta' 86 sena li kienet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.  B'kollox sa issa tilfu ħajjithom 350 persuna li kienu poħittivi bil-Covid-19. 

Intant f'termini ta' tilqim, sa issa, ingħataw b'kollox 117,121 li minnhom kważi 40,000 persuna - preċiżament 38,333 ħadu t-tieni doża wkoll. 

More in Politika