245 persuna fi sptarijiet minħabba l-Covid-19... 34 fl-ITU ta' Malta u Għawdex

Minn 909 test fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta irriżultaw biss żewġ persuni pożittivi

B'kollox bħalissa hawn 245 persuna fi sptarijiet madwar il-pajjiż, minħabba l-Covid-19.  Fl-ITU hemm 34 persuna li jinqasmu hekk:  29 fl-ITU tal-Isptar Mater Dei u ħamsa fl-ITU tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. 

Intant hemm 10 persuni fl-Infectuous Diseases Unit fl-Isptar Mater Dei u 100 oħrajn f'wards differenti fl-istess sptar.  Fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex - apparti dawk fl-ITU hemm 12-il persuna f'wards differenti, 14-il pazjent jinsab fl-Isptar Boffa, 23 fl-Isptar St Thomas, sitta fir-Rehab. Unit, 31 fl-Isptar tas-Samritan it-Tajjeb u 15 mill-Isptar Monte Carmeli. 

Dan ħabbritu is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci li spjegat ukoll kif saru 909 testijiet fl-ajurport internazzjonali ta' Malta li minnhom tnejn biss irriżultaw fil-pożittiv:  Każ ta' persuna mill-Polonja u każ ta' persuna minn Spanja. 

Intant illum tħabbar ukoll li sa issa kienu amministrati aktar minn 113,258 doża tal-vaċċin, 329 każ ġdid, filwaqt li mietu ħamsa minn nies oħra. 

More in Politika