Amministrati aktar minn 113,258 doża tal-vaċċin; Jitħabbru 329 każ ġdid u jmutu ħamsa

Tnejn mill-vittmi kellhom biss 38 u 47 sena

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 329 każ ġdid filwaqt li 259 persuna issa fiequ mill-Covid-19.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, mietu ħames persuni li mardu bil-virus.

Dawn kienu żewġt irġiel ta' 38 u 73 sena u mara ta' 85 sena li mietu f'Mater Dei. Raġel ta' 62 u mara ta' 47 sena mietu fid-djar tagħhom.

Dan ifisser li b'kollox mietu 346 persuna.

Intant, sa issa ġew amministrati 113,258 doża tal-vaċċin. Minn dawn, 37,182 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

More in Politika