Aktar minn 36,000 persuna jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin; Jinstabu 283 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom erba' anzjani oħra

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 283 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 338 persuna.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa, tilfħu ħajjithom erba' anzjani. Dawn kellhom 60, 72, 79 u 80 sena.

Dan ifisser li l-virus ħalla 341 vittma f'Malta.

Il-każi attivi issa huma 3,123.

Intant, kompla wkoll it-tilqim. Sa issa ġew amministrati 108,971 doża filwaqt li 36,246 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Ilbieraħ saru wkoll 4,746 test.

Aqra wkoll:

More in Politika