L-eks Kap Eżekuttiv tal-MGA se jiffaċċja akkużi kriminali minħabba kommunikazzjoni ma' Yorgen Fenech

Heathcliff Farrugia rriżenja f'Ottubru li għadda wara li l-Pulizija kienu interrogawh fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Fenech

L-eks Chief of Staff tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, Heathcliff Farrugia, se jkun qed jiffaċċja akkużi kriminali wara investigazzjoni li saret fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech.

Farrugia rriżenja f'Ottubru li għadda wara li l-Pulizija kienu interrogawh fuq ir-relazzjoni tiegħu ma' Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Fenech kien ukoll il-Kap Eżekuttiv ta' Tumas Gaming u anke ta' Portomaso Casino.

Fil-fatt, sorsi qalu ma' The Times of Malta li l-Pulizija sabu li Farrugia kien iżomm kuntatt ma' Fenech. Fost oħrajn, il-kommunikazzjoni ta' bejniethom kienet, allegatament, tinvolvi informazzjoni kummerċjali sensittiva fuq l-operat tal-casinos, fost oħrajn.

More in Politika