'Gravi li xi ħadd jitlob li jaqbeż il-kju għall-vaċċin ... doppjament gravi jekk ikun Deputat'

Arnold Cassola jitlob lill-Kummissarju tal-Istandards jinvestiga l-allegazzjoni tad-Deputat PM Chris Fearne dwar Deputat tal-Oppożizzjoni

Arnold Cassola
Arnold Cassola

Il-Kandidat indipendenti Arnold Cassola talab lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ fil-Parlament Malti, li qal illi Deputat tal-Oppożizzjoni mar għandu biex jitolbu jqabbeż il-kju għall-vaċċin.  Il-Grupp Parlamentri Nazzjonalista ċaħad dan b'mod kategoriku

Cassola qal li jekk dan huwa minnu "din hija sitwazzjoni ta' natura gravi."  Huwa kompla jgħid illi li wieħed jitlob li jaqbeż il-kju meta hawn tant nies vulnerabbli, b'diżabilità jew b'xi marda kronika "huwa kriminali għax dan jista' jwassal għal konsegwenzi mediċi gravi."

Huwa kompla jżid illi li talba simili ssir minn Deputat "hija doppjament gravi" għaliex - skont hu - tiġi traduta l-fiduċja tan-nies minn xi ħadd li suppost huwa ta' eżempju. 

Cassola temm jgħid iżda illi f'każ li l-istorja ma tirriżultax illi hija vera, Fearne għandu jiġi ċċensurat. 

 
 

More in Politika