L-MUMN tisħaq li huwa evidenti li l-miżuri u l-infurzar kontra l-Covid-19 'qed ifallu bil-kbir'

L-Unjin tisħaq li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu sejrin kif inhuma bi ftit li xejn sodod disponibbli fl-ITU

(Arkivji)
(Arkivji)

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet illi l-każi rekord ta' Covid-19 tal-aħħar jiem - bil-ġurnata tal-lum tilħaq rekord assolut - "qed iħallu effett negattiv ħafna fuq is-sitwazzjoni tas-sodod fl-Isptar Mater Dei ... huwa evidenti illi l-miżuri kurrenti u l-infurzar qed ifallu bil-kbir," saħqet l-MUMN. 

Il-unjin qalet illi s-sitwazzjoni ma tistax tibqa' kif inhi u wissiet illi l-ITU fl-Isptar jinsab mimli, bi ftit li xejn sodod disponibbli.  "Dan biex ma nsemmux il-fatt li numri għoljin jitfgħu lil pajjiżna fuq il-lista l-ħamra ta' pajjiżi Ewropej, li jkun ifisser illi t-turiżmu ma jkollux ċans jerġa' jqum mid-daqqa." 

L-Unjin talbet għalhekk laqgħa mal-Prim Ministru u l-imsieħba soċjali kollha sabiex issir evalwazzjoni ta' miżuri ġodda u l-bżonn ta' infurzar, u dan biex il-każi l-ġodda ta' Covid-19 jonqsu.

 

More in Politika