L-MDA tgħid illi f'Jannar li għadda saru 1,157 konvenju b'valur ta' €274 miljun

Is-settur tal-proprjetà jkompli jirreġistra tkabbir matul l-ewwel xahar tas-sena ...

Ix-xejra pożittiva rreġistrata fis-suq tal-proprjetà tal-2020 kompliet fl-2021 hekk kif Jannar - skont riżultati preliminari maħruġa fi stqarrija mill-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin (MDA) - saru b'kollox 1,157 konvenju b'valur ta' €274 miljun. 

Din hija żieda ta' 174 konvenju u €59 miljun meta kkumparat ma' Jannar tal-2020 - meta l-ekonomija tal-pajjiż kienet għadha għaddejja tajjeb. 

L-MDA qalet fi stqarrija illi dan kollu juri illi in-nies qed jonfqu fil-proprjetà u qed jagħmlu dan fi kwalità aħjar.  "Permezz ta' xogħol iebes u aħjar, l-2021 tista' tkun sena oħra pożittiva għall-industrija," qalet id-Direttur Ġenerali tal-MDA Marthese Portelli.  "Filwaqt li nibqgħu ffukati fuq is-suċċess għandna bżonn nindirizzaw il-bżonn ta' ppjanar fit-tul u infrastruttura ħadra," temmet tgħid. 

Fi stqarrija ix-xahar li għadda l-MDA ħabbret illi matul l-2020 - is-sena tal-pandemija - kienu rreġistrati b'kollox €3 biljuni f'bejgħ ta' proprjetà. 

 

More in Politika