156 każ ġdid ta' Covid-19; Żewġ anzjani oħra jisfaw vittma tal-virus

16,265 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

Żewġ anzjani oħra sfaw vittma tal-Covid-19, biex issa t-total tal-vittma tela' għal 295. L-anzjani li mietu fl-aħħar 24 siegħa kellhom 97 u 82 sena. L-anzjan ta' 82 sena miet fir-residenza tiegħu stess.

Apparti minn hekk, tħabbru 156 każ ġdid filwaqt li fiequ 184 persuna. Ilbieraħ saru 2,817-il test.

Dan ifisser li l-għadd tal-każi attivi issa niżel għal 2,340. 

Intant, 16,265 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. B'kollox, sa issa, ġew amministrati 51,641 doża. 

More in Politika