Bartolo jipproponi li ssir bidla fil-COLA biex min jaqla' l-inqas jieħu l-aktar

Il-Kelliem tal-Opożizzjoni jfakkar li l-pressjoni tal-għoli tal-ħajja hija akbar fost dawk li jaqilgħu inqas, allura ma jagħmilx sens li l-COLA tkun l-istess għal kulħadd

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Faqar u l-Akkomodazzjoni Ivan Bartolo qed jipproponi li jkun hemm tibdil fil-mekkaniżmu tal-COLA u għalhekk dak il-mekkaniżmu li jiddeċiedi kemm għandu jkun il-kumpens għall-għoli tal-ħajja, li jitħabbar f'kull Baġit fl-aħħar tas-sena.  Bartolo qal illi mhuwiex ġust li l-ħlas tal-COLA, minkejja l-intenzjojnijet tajbin, jagħti l-istess żieda lil kulħadd. 

"Il-mekkaniżmu huwa diskriminatorju għaliex ma jiddistingwix bejn id-dħul ta' persuna u oħra ...  ma jagħmilx differenza bejn min jaqla' ħafna flus u min jaqla' ftit.  Iż-żieda fil-prezzijiet tinħass aktar - naturalment - fost dawk li jaqilgħu inqas," sostna Bartolo f'artiklu li deher fuq il-gazzetta The Times.  Huwa qal li għalhekk jeħtieġ tibda diskussjoni biex il-mekkaniżmu tal-COLA jkun aktar jirrifletti l-effetti inflazzjonarji fuq klassijiet soċjali dfferenti. 

"Aġġustament fil-mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja jista' jidher diffiċli biex jiġi milħuq imma l-Gvern u dawk kollha involuti għandhom ikollhom il-kuraġġ li jaslu għal soluzzjoni." 

More in Politika