190 pazjent ifiqu mill-Covid-19; Jinstabu 138 każ ġdid u jmutu tliet anzjani

Intant, 4,891 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 138 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 190 pazjent.

Dan ifisser li l-każi attivi naqsu biex issa f'Malta hawn 2,610 persuna morda bil-virus.

Intant, mietu tliet persuni oħra. Żewġ anzjani ta' 68 u 84 sena mietu f'Mater Dei, filwaq li anzjana ta' 90 sena tilfet ħajjitha f'Karin Grech.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi tela' għal 273.

Intant, 4,891 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.

More in Politika