Minn ħġieġ tinted sa sewqan mingħajr liċenzja ... jitwaqqfu mas-7,000 karozza fi tliet xhur

Il-Korp tal-Pulizija jippubblika l-aħħar statistika dwar spezzjonijiet fit-toroq li saru bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra

Mas-7,000 karozza mwaqqfa fi tliet xhur
Mas-7,000 karozza mwaqqfa fi tliet xhur

Bejn Ottubru u Diċembru, 2020, waqt spezzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija tad-Distrett, tat-Traffiku, Rapid Intervention Unit (RIU), tal-Environmental Protection Unit (EPU), mis-sezzjoni tal-Klieb, kif ukoll tal-garaxx u anke assistiti mill-Forzi Armati – twaqqfu mas-7,000 vettura. Inħarġu wkoll mijiet ta’ kontravenzzjonijiet għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku, bl-iżjed komuni jkunu vetturi li ma kellhomx il-fanali jixegħlu kif suppost, vetturi mingħajr pjanċi tar-reġistrazzjoni mwaħħlin skont il-liġi u xufiera li ġew imħarrka għax ma kinux libsin iċ-ċintorin tas-sigurtà.

Dan intqal mill-Korp tal-Pulizija fi stqarrija maħruġa aktar kmieni llum u li fiha l-Pulizija jagħtu rendikont ta' ħidmiethom, xahar b'xahar, għal dawn it-tliet xhur. 

F'Ottubru biss saru 110 spezzjoni tat-traffiku, f'Novembru 115 u f'Diċembru saru 150 spezzjoni. 

Fost ir-raġunijiet taċ-ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija kien hemm ħġieġ tinted, karozzi b'nies li ma kinux lebsin maskra, pusess ta' droga u sewwieqa mingħajr liċenzji. 

More in Politika