11,705 persuni jitlaqqmu kontra l-Covid-19; Jinstabu 154 każ ġdid u jmutu żewġ persuni

Intant, il-każi attivi komplew jiżdiedu għal 2,784

Mil-lum, l-awtoritajiet tas-saħħa se jibdew jagħtu rendikont tal-proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19. Fil-fatt, sal-bieraħ kienu tlaqqmu 11,705 persuni.

Intant, il-każi attivi komplew jiżdiedu għal 2,784 hekk kif instabu 154 każ ġdid filwaqt li fiequ 136 pazjent.

Apparti minn hekk mietu wkoll żewġ persuni oħra, żewġt irġiel ta' 73 u 84 sena, biex b'kollox, il-virus ħasad il-ħajja ta' 239 persuna.

Ilbieraħ saru 3,239 test.

More in Politika