Iż-żieda fil-każi tal-Covid-19 tkompli: 191 każ ġdid u jmutu żewġ persuni oħra

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 77 persuna

Iż-żieda fil-każi ta' Covid-19 kompliet kekk kif illum tħabbru 191 każ ġdid ta' Covid-19 minn 3,639 test li saru ilbieraħ.

Fiequ wkoll 77 persuna biex issa f'Malta hawn 2,047 każ attiv.

Apparti minn hekk mietu żewġ persuni oħra bil-virus. Dan ifisser li bil-virus mietu 230 persuna.

Aktar dettalji se jingħataw mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-bulletin mediku

More in Politika