164 każ ġdid ta' Covid-19; Il-każi l-ġodda jibqgħu l-aktar b'saħħithom fost qraba u kollegi

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 73 pazjent

Malta rreġistrat 164 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 73 pazjent.

Hekk il-każi attivi f'Malta issa jlaħħqu l-1,935.

Ilbieraħ saru 2,806 test.

Mill-224 każ ġdid imħabbra lbieraħ, kien hemm 54 każ fost qraba u 24 persuna li ħadu l-virus mingħand kollegi.

Apparti minn hekk 10 persuni ġew f'kuntatt dirett ma' persuni pożittivi għall-virus filwaqt li 11-il każ irriżultaw minn ġemgħat soċjali.

Aqra wkoll: Persuna oħra tmut waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

More in Politika