L-eks Sindku Rabti Charles Azzopardi l-ewwel li jitfa' n-nomina għal post Edward Scicluna

Azzopardi ma kienx tħalla joħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-Partit Laburista wara dawk li sejjaħ 'manuvri malizzjużi'

Charles Azzopardi
Charles Azzopardi

Hekk kif fetħu n-nomini għall-post l-eks Ministru u eks Deputat Edward Scicluna, l-ewwel li tefa' ismu kien l-eks Kunsillier Laburista Charles Azzopardi, li aktar kmieni fil-leġiżlatura kien spiċċa ħażin mal-Partit Laburista wara li dan ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Il-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda rrappurtat kif Azzopardi kien qed iżomm is-silenzju dwar it-triq li se jieħu u li huwa jinsab fuq quddiem għal din l-elezzjoni.  

Ara hawnhekk dak li kienet żvelat il-gazzetta ILLUM dwar Azzopardi u kif kien wieġeb l-istess Azzopardi permezz ta' rapport fuq l-istess gazzetta ġimgħa wara.  Azzopardi kien akkuża lill-PL b'manuvri malizzjużi u kien deher ukoll fuq l-istazzjoni tal-PN jitkellem dwar il-każ tiegħu.

Jeffrey Pullicino Orlando u Gavin Gulia, huwa mifhum li se jitfgħu isimhom ukoll għal din l-elezzjoni. 

More in Politika