Il-barijiet u l-clubs se jibqgħu magħluqin żgur sal-1 ta' Frar li ġej

Rivedut l-avviż legali li kien jgħid illi l-barijiet u l-clubs kellhom jibqgħu magħluqin sal-1 ta' Jannar

Il-barijiet u clubs se jibqgħu magħluqin sal-1 ta' Frar li ġej u dan wara li l-avviż legali ġie rivedut, hekk kif il-barijiet u clubs kellhom jibqgħu magħluqin sal-1 ta' Jannar. 

Dan ħabbritu s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika Chrmaine Gauci li ħabbret ukoll l-aħħar numri u informazzjoni dwar il-Covid-19, fosthom dwar il-varjant tal-Covid-19 li issa hawn l-ewwel tliet każi f'Malta. 

Dawk li għandhom liċenzji ta' bars u anke l-clubs kienu fost l-ewwel li kellhom jgħalqu hekk kif naturalment jinvolvu attivitajiet tal-massa, dan anke jekk numru ta' barijiet imma li jservu l-ikel baqgħu miftuħin b'inqas imwejjed u f'ħafna każi bl-appuntament.  Il-bidu tat-tieni mewġa kienet bdiet permezz ta' cluster f'party, li kien sar fis-sajf meta diversi clubs u bars kinu reġgħu fetħu hekk kif għl xi ġimgħat il-każi naqqsu ħafna. 

More in Politika