Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi b'mozzjoni unanima kontra t-teħid ta' art agrikola fl-Imrieħel

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi magħqud kontra t-teħid ta' art agrikola u joffri alternattivi oħrajn minflok dak deċiż minn Infrastrucutre Malta

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi mmexxi mis-Sindku Josef Masini Vento ingħaqad b'mod unanimu kontra t-teħid ta' art agrikola fl-Imrieħel f'mozzjoni imressqa llejla. 

Il-Kunsill Lokali qal illi filwaqt li jagħraf l-bżonn li tiġi ndirizzata s-sigurta’ f’din it-triq partikolari -  minħabba t-traġedji li seħħew sa mill-ftuħ tagħha kif ukoll il-proposta li jiġu żviluppati faċilitajiet għall-eżerċizzju.  "Il-Kunsill Lokali jibqa’ tal-fehma li din l-art agrikola li tinħadem mill-bdiewa, mhix biss hija mezz ta’ dħul finanzjarju għall-bdiewa li jaħdmuha u l-familji tagħhom, iżda wkoll hija essenzjalment, wieħed mill-ftit pulmuni ta’ spazju miftuħ għal Ħal Qormi; u għaldaqstant il-Kunsill Lokali jibqa’ tal-fehma li għandu jiġi assigurat li din l-art ma tintmissx.  Il-Kuinsill Lokali ma jistax jaċċetta li tittieħed aktar art li hija pulmun għal Ħal Qormi, fiċ-ċirkostanza li llum dan ir-raħal li kien rurali, illum sar prattikament qasam industrijali, maħzen nazzjonali kif ukoll ċentru kummercjali. Il-bżonn ta’ spazji miftuħa għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għan-nies li jgħixu f’Ħal Qormi huma essenzjali għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom." 

Fid-dawl ta' din il-pożizzjoni iżda l-Kunsill Lokali qed jipproponi li:

1. Il-junction tingħalaq għat-traffiku mill-Mrieħel by-pass. Kemm ir-residenti tal-Blat II kif ukoll l-industrija li topera minn din l-istess żona, tagħmel użu mill-aċċessi li diġa' jeżistu kemm minn Triq il-Mitħna, Triq il-Kanun u Triq Fleur-de-Lys

2. Is-Cycling Lane u l-Pedestrian Path għandhom jibnew fuq struttura li tuża l-enġinerija ta’ cantilever.

Il-Kunsill Lokali temm jgħid illi se jibqa’ dispost biex jiddiskuti alternattivi biex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa għal għanijiet importanti imsemmija.

More in Politika