40 membru tal-ekwipaġġ tal-Malta Air mkeċċija mix-xogħol wara nuqqas ta' qbil mal-GWU

40 ħaddiem mal-Malta Air bla xogħol mill-1 ta' Jannar - Il-kumpanija tfakkar li qed topera b'10% biss tal-potenzjal tagħha u li pproponiet biss tnaqqis 'modest' fil-paga, imma l-unjin ma aċċettatx

Malta Air
Malta Air

Malta Air se tkun qed tkeċċi 40 membru tal-ekwipaġġ tagħha wara li fi stqarrija qalet illi l-membri tal-GWU ma qablux ma' ftehim ta' emerġenza li kien jinkludi trnaqqis - li l-kumpanija ssejjaħ "modest" - fil-paga, flimkien ma' garanzija ta' paga minima riveduta kull tliet snin.  

Malta Air fakkret li hi qed topera b'10% ta' kemm għandha potenzjal (capacity) imma xorta għadha qed tħaddem lill-impjegati kollha tagħha.  Tfakkar li kif inhuma l-affarijiet dan mhuwiex sostenibbli u allura fin-nuqqas ta' ftehim se jkollha tkeċċi 40 membru tal-ekwipaġġ.

Dawn is-sensji jidħlu fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar li ġej. 

More in Politika