Il-Covid-19 jibqa' jiġri fost il-qraba u l-kollegi; 108 każi ġodda u jmutu żewġ persuni

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 46 persuna

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 108 każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 46 pazjent.

Apparti minn hekk mietu wkoll żewġ persuni oħra biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 196.

Bħalissa f'Malta hawn 1,553 pazjent bil-Covid-19. Minn meta feġġet il-pandemija fiequ 10,161.

Ilbieraħ saru 2,788 test.

Intant, mill-każi tal-bieraħ, 21 kienu qraba ta' pazjenti u 10 persuni ħadu l-virus mingħand kollegi tagħhom.

Kien hemm ukoll disa' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni pożittivi għall-virus u ħamsa li ħadu l-virus minn attivitajiet soċjali.

More in Politika