Il-Qorti tiddeċiedi kontra libell li fetħet Pia Zammit wara li ġie implikat li hija Nażista

Bħala attriċi Zammit kienet qed tilgħab il-parti ta' membru tar-reżistenza Franċiża kontra n-Nażi fil-kummiedja Allo Allo ...

Pia Zammit
Pia Zammit

Il-Qorti ddeċidiet kontra libell miftuħ minn Pia Zammit fil-konfront ta' It-Torċa wara li hija qalet illi b'ritratt li kien intuża biex jikkritikaha ġie implikat li hija Nażista.  Ir-ritratt kien tagħha bħala attriċi, meta kienet qed tilgħab parti fil-kummiedja Allo Allo, li tirrakkonta l-ħajja ta' familja li kellha kafetterija waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u li kienet tispiċċa f'nofs ħafna bawxati.

Fl-artiklu fuq l-istess gazzetta tal-General Workers' Union kienet ppubblikata kwotazzjoni ta' edukatur anonimu li qal illi l-fatt li Zammit libset l-iswastika kien offensiv.  Zammit dak iż-żmien kienet saret attiva ħafna fl-Occupy Justice, li kienet qed tipprotesta kontra l-Gvern fir-rigward tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Joseph Zammit Maempel- l-avukat tal-attriċi u attivista -  argumenta illi l-istess gazzetta kellha rivista dwar l-istess kummiedja fl-2009.  "Mela jafu li din kummiedja, jafu li Pia Zammit kienet qed tilgħab il-parti ta' membru tar-reżistenza Franċiża kontra n-Nażi ... jiġifieri jekk kienet qed tagħmel xi ħaġa kienet kontra n-Nażisti.  Il-parodija tant hija ovvja li huwa l-artiklu li hu diżgstanti mhux l-imġieba tagħha." 

Imma l-Maġistrat Rachel Montebello ma qablitx u qalet illi l-gazzetta kellha kull dritt ma taqbilx u tesprimi dan in-nuqqas ta' qbil, meta persuna magħrufa tilbes swastika, li hija azzjoni kontroversjali.

L-avukat tal-gazzetta Aaron Mifsud Bonnici kien argumenta illi l-kontroversja mhijiex dwar in-Nazziżmu "imma dwar l-użu tiegħu fil-kummiedja."

Fid-deċiżjoni tagħha l-Maġistrat ordnat li Zammit tħallas l-ispejjeż kollha tal-każ. 

More in Politika