Il-lista 'oranġjo' riveduta ... Trid tagħmel test tal-Covid-19 jekk ġej minn 17-il pajjiż

17-il pajjiż jitpoġġew fil-lista oranġjo ta' Malta ...

Il-Gvern reġa' aġġorna l-lista oranġjo, ta' pajjiżi illi meta persuna żżur tkun trid tagħmel test qabel tasal Malta, jew inkella tkun suġġetta għal test malli tasal u possibilità ta' kwarantina. 

Il-pajjiżi fil-lista aġġornata tal-Gvern huma dawn:

  1. L-Awstrija
  2. Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
  3. Il-Bulgarija
  4. Franza (l-ajruporti kollha)
  5. Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)
  6. L-Irlanda (l-ajruporti kollha)
  7. L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
  8. Il-Lussemburgu
  9. L-Olanda (l-ajruporti kollha)
  10. Il-Polonja (l-ajruporti kollha)
  11. Il-Portugall (l-ajruporti kollha)
  12. Ir-Renju Unit (l-ajruporti kollha)
  13. Ir-Repubblika Ċeka
  14. Spanja (l-ajruporti kollha)
  15. L-Iżvizerra (l-ajruporti kollha)
  16. It-Tuniżija
  17. L-Ungerija

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru f’nofsillejl.

 

 

More in Politika