Mhux se jidher quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne li jsejjaħ 'teatrin' immexxi minn 'assassini'

L-eks Ministru Konrad Mizzi mhuwiex se jidher quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qil ta' Daphne Caruana Galizia għax jgħid li hija teatrin immexxi minn esponenti Nazzjonalisti

L-eks Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi
L-eks Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi

L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi mhux se jkun qed jattendi għall-inkjesta pubblika li ssejjaħ biex iwieġeb quddiemha għax sejħilha "teatrin" immexxi "minn assassini politiċi", primarjament f'referenza għall-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.

"Membri ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għandhom rwol kruċjali fl-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan ippolitiċizza l-inkjesta u l-aġenda tagħha ... din l-inkjesta marret ‘l bogħod mill-iskop oriġinali tagħha, u ninsab imħasseb li qed tintuża biex titmexxa aġenda politika. Din kellha tkun inkjesta marbuta ma’ delitt ikrah: il-qtil ta’ ġurnalista."

Mizzi qal li jifhem x'inhu l-ħsieb ta' dawn il-membri tal-PN.  "Ma jagħmilx sens li nixhed f’din l-inkjesta pubblika quddiem żewġ esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista. Jidher biċ-ċar li l-għan tagħhom huwa biss li jagħmlu ħsara lix-xogħol u t-track rekord qawwi tal-Gvern. Nifhem x’inhu ħsiebhom, imma m’inix bi ħsiebi li nipparteċipa fit-teatrini tagħhom," qal Mizzi.  Huwa sostna illi bħalissa qed jistenna l-investigazjonijiet li hemm dwaru biex inaddaf ismu u nsista li ma għandu ebda dmir li jħalli "lill-assassini politiċi tiegħi japprofittaw ruħhom miċ-ċirkostanzi."

Mizzi qal li dwaru tajn biss intefa' u qatt ma wasslu l-provi u li għġan kien li jitneħħa biex skont hu, jiddgħajjef il-moviment. 

Konrad Mizzi kien tkeċċa mill-Partit Laburista wara li hu ma aċċettax li jagħmel dan fuq talba tal-Pim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.  Il-mexxej Laburista kien laqqa' l-Eżekuttiv Laburista li vvota favur it-tkeċċija ta' Mizzi. 

More in Politika