Nofs in-negozji tal-ħwejjeġ u ristoranti jkollhom ikeċċu jekk ix-xogħol ma jiċċaqlaqx fix-xhur li ġejjin

Il-Parit Nazzjonalista jipproponi li l-Wage Supplement tiġi estiża sa Ġunju ... 

Studju minn Price Waterhouse Coopers (PwC) juri illi aktar minn nofs in-negozji tal-moda u ristoranti  qed jikkunsidraw li jkeċċu lill-ħaddiema jekk is-sitwazzjoni preżenti tippersisti. 

Il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM irrappurtat dwar tħassib fost in-negozjanti hekk kif resqin il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-sena, b'diversi negozji jgħidu li fl-aħħar ġimgħa x-xogħol reġa' ħa majnata.  Intant l-istess rapport tal-PwC juri kif 67% tas-sidien ta' ħwienet tal-ħwejjeġ qed ibassru Milied ħażin, li huwa tnaqqis mill-87% li kienu jaħsbu l-istess f'Ġunju.  Intant 64% tas-sidien tar-ristoranti qed ibassru tnaqqis qawwi fix-xogħol għas-sitt xhur li ġejjin.  

71% faħħru l-miżuri li ħa l-Gvern bioex jilqa' għall-pandemija. 

Intant fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal illi f’mument fejn hawn stennija sabiex jibda jingħata l-vaċċin u l-ħajja tibda bil-mod tirritorna għan-normalità.  "Hemm sinjali inkoraġġanti li sas-sajf li ġej l-ekonomija tibda tirkupra.  Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern sabiex b’mod immedjat jestendi l-iskemi kollha inkluż il-wage supplement sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej sabiex jagħti serħan il-moħħ lill-imprendituri u l-ħaddiema u jkunu salvati l-impjiegi li altrimenti jintilfu."

More in Politika