It-triq miftuħa għall-bidliet fil-Kabinett ... jinfetaħ il-bieb għal Clyde Caruana u Miriam Dalli

Clyde Caruana mistenni jieħu post Edward Scicluna, b'ċaqlieq ieħor fil-Kabinett li mistenni jara lil Miriam Dalli Ministru

Il-PM jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet
Il-PM jindirizza Konferenza tal-Aħbarijiet

Ir-riżenja ta' Edward Scicluna tibda t-triq għall-bidliet fil-Kabinett li mistennijin isiru fil-jiem li ġejjin u li se jaraw lil Clyde Caruana u Miriam Dalli jidħlu fil-Kabinett.  Dalli li dwarha diġa' rrappurtat il-gazzetta ILLUM hija Miriam Dalli, ħadet post l-eks Deputat Laburista Etienne Grech, wara co-option proposta u mbuttata mill-Prim Ministru Robert Abela innifsu, filwaqt li Caruana telgħet fil-Parlament wara li l-kandidati prospettivi għas-siġġu tal-eks PM Joseph Muscat, ma tefgħux isimhom għall-elezzjoni każwali.

 Il-gazzetta ILLUM kienet żvelat li l-Ekonomija l-Ħadra, it-Tibdil fil-Klima u anke l-Enerġija qed jissemmew bħala l-portafolli favoriti ta' Dalli, primarjament minħabba l-ħidma tagħha f'dan il-qasam fuq livell Ewropew. 

Dan mistenni jkun l-ewwel tibdil li se jkun qed iwettaq il-Prim Ministru Robert Abela, bi Clyde Caruana - ekonomista, eks Chairman ta' Jobs Plus u Chief of Staff f'Kastilja - mistenni jieħu post Edward Scicluna, bħala Ministru tal-Finanzi. 

 

More in Politika