L-Ispeaker jiċċara li l-Parlament qatt ma jħallas għall-konjugi jew 'sieħeb/ba' ta' Deputati meta jsiefru fuq xogħol

Il-Parlament jiċċara l-prassi fi ħlas ta' safriet relatati ma' ħidmet deputati tal-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ċċara illi kuntrarjament għall-imprejssjoni li ta titlu fuq sit lokali, il-Parlament qatt ma jħallas safar għal konjugi jew partners. 

Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat illi fil-fatt id-Deputat Jason Azzopardi kien stqarr - permezz tal-avukat tiegħu - illi f'sentejn kellu mal-35 safra li lkoll kien  u mħallsin minn "terzi".  Il-gazzetta ILLUM qalet illi 20 minn dawn iżda  kienu mħallsin lil Azzopardi fil-qadi ta' dmirijietu u li kien hemm istanzi fejn hu mar mas-sieħba tiegħu. 

Is-sit one.com.mt ippubblika artiklu bil-kliem:  ‘Jason Azzopardi b’numru ta’ safar mas-sieħba mħallas mill-Parlament’.

Farrugia ċċara li l-Parlament qatt ma jħallas għall-konjugi jew partners meta d-Deputati jsiefru fuq xogħol. 

More in Politika