Azzopardi jitlob lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestigah dwar il-lukanda f'Tel Aviv

Id-Deputat Jason Azzopardi jgħid illi minkejja li aċċetta ħlas ta' akkomodazzjoni fil-lukanda Hilton f'Tel Aviv fl-2017 dan qatt ma waqqfu mill-qadi ta' dmirijietu

Jason Azzopardi
Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestiga l-mawra tiegħu f'Tel Aviv fejn kellu l-lukanda tiegħu mħallsa minn Tumas Group, xi ħaġa li l-istess Azzopardi ammetta iktar kmieni llum.

Dalgħodu l-gazzetta ILLUM żvelat kif f'Marzu tal-2017 bejn id-19 u l-24 tax-xahar, Azzopardi kien fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv, li kienet imħallsa kollha mill-Grupp imsemmi, li kellu lil Yorgen Fenech bħala wieħed mid-Diretturi.  Iktar kmieni din il-ġimgħa fuq il-programm Xtra Azzopardi qal li ma jiftakarx li qatt  ingħata xi servizzi b'xejn jew rigali minn Tumas Group.  Illum sostna li fil-fatt huwa minnu li din il-lukanda tħallset mill-Grupp u  - skont hu - kienet ir-receptionist tal-lukanda li qaltlu illi Ray Fenech kien ħa ħsieb kollox.  Azzopardi qal illi meta ġie Malta kien ta lil Fenech rigal ta' fidda bħala ringrazzjament. 

Intant illejla Azzopardi talab lil-Kummissarju jinvestigah dwar jekk kisirx l-etika għalkemm qal ukoll li huwa ċar ħafna illi dan ma għamilx differenza fil-qadi ta' dmirijietu u li ħadd ma għalaqlu ħalqu.

 

 

 

More in Politika