Alfred Sant jieħu post Miriam Dalli bħala Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew

Sant ilu mill-2014 iservi bħala Membru Parlamentari Ewropew

Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista tressqet proposta sabiex Alfred Sant ikun il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew. Din il- proposta ġiet milqugħa mill-membri tal-Eżekuttiv unanimament.

Il-proposta saret wara li l-Kap tad-Delegazzjoni preċedenti, Miriam Dalli issa hija parti mill-Grupp Parlamentari Laburista.

Alfred Sant serva bħala Prim Ministru u eks Mexxej tal-Partit Laburista.

Mill-2014 ‘l hawn, huwa serva wkoll bħala Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista.

More in Politika