Riveduta l-lista tal-pajjiżi li min jasal minnhom irid jipprovdi test negattiv tal-Covid-19

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020 f’nofsillejl

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ġiet riveduta l-lista tal-pajjiżi li min se jasal minnhom se jkun kostrett iġib miegħu test negattiv tal-Covid-19 jew inkella jkun sottopost għal test meta jasal Malta.

Fil-fatt, kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

L-Awstrija

Il-Belġju (l-ajruporti kollha)

Il-Bulgarija

Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u ta’ Marsilja)

L-Irlanda

L-Olanda (l-ajruporti kollha)

Il-Polonja (Gdansk u Krakow)

Il-Portugall (Porto)

Ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle)

Ir-Repubblika Ċeka

Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, ta’ Barċellona u ta’ Girona)

L-Iżvizerra

It-Tuneżija

L-Ungerija

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2020 f’nofsillejl.

More in Politika