Anzjana tmut wara li r-residenza tagħha ħadet in-nar

Il-każ seħħ fi Triq San Patrizju fir-Rabat

Anzjana ta' 74 sena, residenti r-Rabat, tilfet ħajjitha wara li nirien ħakmu r-residenza tagħha fir-Rabat

Kien kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:45am meta l-Pulizija kienet infurmata li hemm nirien ġo residenza fi Triq San Patrizju. 

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew minnufih.

Tim mediku mar fuq il-post u ċċertifikata lill-anzjana mejta.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Victor Axiaq LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Politika